keyboard_tab Fair Advertising 2006/0114 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 32
- reklamar 21
- għal 17
- minn 13
- sabiex 13
- għandhom 12
- membri 11
- kull 11
- komparattiv 10
- tfisser 10
- servizzi 10
- qarrieqi 9
- tiegħu 8
- legali 8
- l-istati 7
- id-direttiva 7
- tagħhom 7
- jekk 7
- artikolu 7
- dawn 7
- ħsara 6
- kwalunkwe 6
- kontra 6
- probabbilment 6
- kompetitur 6
- subparagrafu 6
- dawk 6
- amministrattivi 5
- dwar 5
- ir-reklamar 5
- sengħa 5
- jagħmel 5
- fejn 5
- jkunu 5
- tagħha 4
- imsemmija 4
- ikunu 4
- msemmija 4
- jiġu 4
- merkanzija 4
- mhux 4
- kummerċjant 4
- responsabbli 4
- jkun 4
- inkluż 4
- partikulari 4
- iqarraq 4
- negozju 4
- professjoni 4
- “reklamar 4
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) | “reklamar” tfisser l-għemil ta’ rappreżentazzjoni fi kwalunkwe forma b’konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi; |
(b) | “reklamar qarrieqi” tfisser kull reklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluża l-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq jew probabbilment iqarraq bil-persuni li lejhom ikun indirizzat jew li għandhom jasal u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, probabbilment jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew probabbilment jagħmel ħsara lil xi kompetitur; |
(ċ) | “reklamar komparattiv” tfisser kull reklamar li espliċitament jew b'deduzzjoni jidentifika kompetitur jew merkanzija jew servizzi offruti minn kompetitur; |
(d) | “kummerċjant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant; |
(e) | “sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh. |
Artikolu 1
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u mill-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) | “reklamar” tfisser l-għemil ta’ rappreżentazzjoni fi kwalunkwe forma b’konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi; |
(b) | “reklamar qarrieqi” tfisser kull reklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluża l-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq jew probabbilment iqarraq bil-persuni li lejhom ikun indirizzat jew li għandhom jasal u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, probabbilment jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew probabbilment jagħmel ħsara lil xi kompetitur; |
(ċ) | “reklamar komparattiv” tfisser kull reklamar li espliċitament jew b'deduzzjoni jidentifika kompetitur jew merkanzija jew servizzi offruti minn kompetitur; |
(d) | “kummerċjant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant; |
(e) | “sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh. |
Artikolu 3
Biex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod partikulari kull informazzjoni li jkollu dwar:
(a) | il-karatteristiċi tal-merkanzija jew servizzi, bħad-disponibbiltà tagħhom, in-natura, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, il-metodu u d-data ta’ manifattura jew provvista, kemm ikunu adattati għall-iskop, l-użu, il-kwantita, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati normalment mistennija mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali tat-testijiet jew kontrolli mwettqa fuq il-merkanzija jew servizzi; |
(b) | il-prezz jew il-manjiera li bihom l-prezz jiġi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom il-merkanzija tkun provduta jew is-servizzi jkunu mogħtija; |
(ċ) | in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premjijiet u d-distinzjonijiet miksuba minnu. |
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġi miġġieled ir-reklamar qarrieqi u jinfurzaw konformità mad-dispożizzjonijiet dwar reklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri.
Tali mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-reklamar qarrieqi jew li jirregolaw ir-reklamar komparattiv jistgħu:
(a) | jieħdu azzjoni legali kontra tali reklamar; jew |
(b) | iġibu każijiet ta’ tali reklamar quddiem awtorità amministrattiva li jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għal proċedimenti legali adegwati. |
2. Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema mezz imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun sar rikors qabel għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6.
Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:
(a) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew flimkien kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u |
(b) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta’ kodiċi fejn il-kodiċi relevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali. |
3. Skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi setgħat, f’każi fejn iqisu li dawn il-miżuri jkunu meħtieġa waqt li jikkunsidraw l-interessi involuti kollha u b’mod partikulari l-interess pubbliku:
(a) | sabiex jordnaw il-waqfien ta', jew sabiex jistabbilixxu proċedimenti legali xierqa għal ordni għat-twaqqif ta' reklamar qarrieqi jew reklamar komparattiv kontra l-liġi;, jew |
(b) | jekk ir-reklamar qarrieqi jew ir-reklamar komparattiv kontra l-liġi ma jkunx għadu ppubblikat iżda l-pubblikazzjoni tkun fil-qrib, sabiex jordnaw il-projbizzjoni ta', jew sabiex jistabbilixxu proċeduri legali xierqa għal ordni ta' projbizzjoni ta', din il-pubblikazzjoni. |
L-ewwel subparagrafu japplika ukoll meta m’hemmx prova ta’ telf jew ħsara effettiv jew ta’ intenzjoni jew negliġenza min-naħa tar-reklamant.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandhom jittieħdu skond proċedura aċċelerata jew b’effett intermedju jew b’effett definittiv, fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati jew awtoritajiet amministrattivi setgħat, bl-għan li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' reklamar qarrieqi jew ta' reklamar komparattiv kontra l-liġi li t-terminazzjoni tiegħu kienet ordnata b'deċiżjoni finali:
(a) | sabiex jesiġu l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fl-interità jew f’parti u f’dik il-forma li huma jqisu adegwata; |
(b) | sabiex jesiġu, minbarra dan, il-pubblikazzjoni ta’ stqarrija korrettiva. |
5. L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom:
(a) | ikunu kkostitwiti hekk li ma jitfgħux dubbju fuq l-imparzjalità tagħhom; |
(b) | ikollhom setgħat biżżejjed, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament; |
(ċ) | normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom. |
6. Fejn is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikunu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, dejjem għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. F’dan il-każ, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal proċeduri li bihom it-twettiq mhux xieraq jew mhux raġonevoli minn awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas mhux xieraq jew mhux raġonevoli tat-twettiq tas-setgħat imsemmija jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.
Artikolu 6
Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn mill-persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) sakemm il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu addizzjonali għall-proċedimenti fil-qrati jew għall-proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.
Artikolu 8
1. Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bl-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal reklamar komparattiv sa fejn jirrigwarda l-paragun.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar reklamar għal prodotti u/jew servizzi speċifiċi jew għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq reklamar f'media partikulari;
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar reklamar komparattiv m'għandhomx jobbligaw lill-Istati Membri li, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet ta' reklamar rigward ċerti merkanziji jew servizzi, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività kummerċjali, industrijali, ta' sengħa jew professjonali, sabiex jippermetu reklamar komparattiv rigward dawk il-merkanziji jew servizzi. Fejn dawn il-projbizzjonijiet ikunu limitati għal media partikulari, din id-Direttiva għandha tapplika għall-media li ma tkunx regolata minn dawn il-projbizzjonijiet.
4. Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm lill-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, milli iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-użu ta' paraguni fir-reklamar ta' servizzi professjonali, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali.
whereas